L-MCAST u l-MUT qrib ħafna li jilħqu ftehim dwar il-ftehim kollettiv

....ix-xogħol jinsab fl-aħħar stadji b'diskussjoni dwar l-aħħar punti pendenti

Fi stqarrija konġunta l-MCAST u l-MUT iddikjaraw illi wara diskussjonijiet intensi fl-ogħla livelli, intlaħaq qbil għal pakkett finanzjarju għall-gradi kollha ta' għalliema f'dan il-kulleġġ. 

L-istqarrija tkompli tgħid illi l-MCAST u l-MUT se jkunu qed jaħdmu biex jiffinalizzaw il-kitba tal-ftehiom kollettiv u jaqblu fuq xi kwistjonijiet pendenti. 

L-istqarrija ttemm tgħid li ż-żewġ naħat huma kunfidenti illi ftehom biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema se jintlaħaq fiż-żmien li ġej. 

L-MCAST u l-MUT urew l-apprezzament tagħhom għall-intervent ta' bosta fosthom tal-Ministru tal-Edukazzjoni.

 

More in Politika