Aġġornata: Riħ u trab f'Tas Sliema. Il-FAA titlob azzjoni immedjata...

Ritratt mxerred fuq Facebook, inkluż fuq il-paġna tal-ILLUM, iqajjem it-tħassib tal-FAA

Sħaba ta' trab nhar is-Sibt li għadda f'Tas Sliema
Sħaba ta' trab nhar is-Sibt li għadda f'Tas Sliema

L-NGO Flimkien għal Ambjent Aħjar irreaġixxiet hekk kif ritratt ta' sħaba trab spiċċa jdur fuq il-mezzi soċjali u mxerred ukoll mill-paġna ta' Facebook tal-gazzetta ILLUM. Il-FAA ħeġġet lill-Malta Developers Association (MDA) biex tieħu azzjoni immedjata u twaqqaf lill-iżviluppaturi milli "jissuġġettaw lir-residenti għal aktar trabijiet, storbju u inkonvenjenza."

Il-FAA xerrdet dan ir-ritratt ukoll, li wasal għand l-illum.com.mt minn resident minn Tas Sliema stess, u qalet illi din iż-żona saret qisha ħolma kerha. Il-FAA ħeġġet lill-MDA biex tiġi b'soluzzjonijiet realistiċi u tagħżel lill-komunità u n-nies fuq il-profit. 

L-MDA tisħaq li ħadet azzjoni immedjata

L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin qalet fi stqarrija li talbet azzjoni immedjata wara li deher dan ir-ritratt tat-trab itir minn sit tal-kostruzzjoni f’Townsquare.

L-MDA qalet li kitbet lill-Uffiċċju Regolatur tal-Bini (BRO) malli saret taf b’dan il-każ anke jekk l-iżviluppaturi ta’ Townsquare għadhom mhux membri tagħha.

Skont l-MDA, is-sidien huma kommessi li jaħdmu id f’id mal-assoċjazzjoni biex jonqos l-inkonvenjent.

Temmet tgħid li mhux se taċċetta l-ebda irregolarità mill-membri tagħha u anke minn dawk li mhumiex.

 

More in Politika