Wi-Fi b'xejn fuq 50 karozza tal-linja
Dawn jinkludu dawk li jservu rotot lejn l-Isptar Mater Dei u l-Università ta’ Malta
More in Politika
Dawn jinkludu dawk li jservu rotot lejn l-Isptar Mater Dei u l-Università ta’ Malta
Il-Gvern nieda proġett pilota li se jkun qed ifisser Wi-Fi b’xejn fuq 50 karozza tal-linja li jinkludu dawk li jservu rotot lejn l-Isptar Mater Dei u l-Università ta’ Malta.
Dan ħabbru l-Ministru għat-Trasport Ian Borg li spjega kif għalissa l-Wi-Fi b’xejn se jkun inkluż fuq karozzi tal-linja li jservu rotot popolari madwar Malta bħalma hi r-rotta interna tal-Belt Valletta, kif ukoll żewġ vetturi f’Għawdex.
Is-servizz se jkun disponibbli kemm fuq vetturi kbar ta’ 12-il metru, kif ukoll fuq vetturi iżgħar, jiġifieri ta’ disa’ metri.
Il-Ministru Borg spjega kif din hija miżura waħda li se tkun qed tinkoraġġixxi aktar nies biex jużaw it-trasport pubbliku.
Huwa semma’ l-inizjattivi li l-Gvern diġà ħa, fosthom l-iskema ta’ trasport pubbliku b’xejn għaż-żgħażagħ kollha ta’ bejn is-16 u l-20 sena.
Il-Ministru aċċerta li l-aċċess għall-Wi-Fi se jkun filtered, sabiex tkun żgurata s-sigurtà. Il-konnessjoni se tkun waħda standard 4G li tinqasam bejn l-utenti kollha, u huwa possibbli li jkun hemm xi interruzzjonijiet waqt li tkun qiegħda tiġi ottimizzata.