Il-Prim Ministru Joseph Muscat kellu taħdidiet mal-Prim Ministru Ingliż Theresa May f'Londra, dwar l-aħħar żviluppi fin-negozjati tar-Renju Unit biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea.
Fi stqarrija, il-Gvern Malti qal li ż-żewġ mexxejja qablu li dan huwa żmien li fih iridu jittieħdu deċiżjonijiet importanti dwar id-direzzjoni li għandha tittieħed biex ir-Renju Unit ikun jista' jżomm relazzjoni mal-Unjoni Ewropea.
Min-naħa tagħha, il-Prim Ministru qal li Malta tinsab kommessa li ssaħħaħ ir-relazzjoni bilaterali tagħha mar-Renju Unit u saħaq li hu se jkompli jassisti d-diskussjoni ta' Brexit fuq livell Ewropew, fost oħrajn dwar il-kwistjoni tal-Irlanda.
Il-Prim Ministru Ingliz qalet li hemm deċiżjonijiet iebsa li jridu jittieħdu bil-għan aħħari jkun li jintlaħaq l-aħjar ftehim possibbli.