304 ċiklu ta' IVF matul l-2017 biss...28 mara isiru omm

Aktar riżultati suċċess għall-proċess tal-IVF, bi trabi ġodda jitwieldu u oħrajn fit-triq...

Matul is-sena li għaddiet f’pajjiżna saru 304 ċikli ta’ IVF, 229 minn dawn iċ-ċikli saru fl-Isptar Mater Dei filwaqt li 75 ċiklu saru fis-settur privat.

Din l-informazzjoni ħarġet mir-Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Promozzjoni tal-Embrijun, li d-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra lbieraħ. Dawn it-304 ċikli wasslu għal 66 tqala, 21.71%. Minn dawn, 12-il mara sofrew korriment, 22 kellhom tarbija filwaqt li 32 għadhom qed jistennew tarbija. Matul l-2017 twieldu 48 tarbija, 24 bniet u 24 subien minn ċikli li saru fl-2016 (April sa Novembru). B’hekk, it-total ta’ trabi bl-IVF minn ċikli li saru fl-2016 kien ta’ 62, 29 bniet u ta’ 33 subien. It-take-home baby rate għall-2016 kienet ta’ 20.15%.

Minn ċikli li saru fl-2017 diġà twieldu 28 tarbija, 13-il tifel u 15-il tifla. Mistennija jitwieldu 36 tarbija oħra minn ċikli li saru fl-2017 biex b’hekk it-total ta’ trabi li jkunu twieldu b’ċikli ta’ IVF li saru matul l-2017 mistenni jkun ta’ 64 tarbija.

More in Politika