Aħbarijiet pożittivi għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit
Il-PE approva riżoluzzjoni għal ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit wara Brexit
More in Politika
Il-PE approva riżoluzzjoni għal ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit wara Brexit
Il-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit jistgħu jserrħu rashom hekk kif il-Parlament Ewropew qed jirrakkomanda li għandu jkun żgurat trattament ugwali u ġust għaċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fl-Unjoni Ewropea.
Din hija waħda mir-rakkomandazzjonijiet li qed jagħmel il-Parlament Ewropew għal ftehim ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit.
Fost oħrajn qed jirrakomanda li jkun hemm ir-rispett tal-integrità tas-suq intern u l-erba’ libertajiet, fosthom il-libertà tal-moviment.
Qed jisħaq ukoll li għandu jkun hemm konservazzjoni tad-drittijiet taċ-ċittadini kif stabbilit fil-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira (fruntiera Irlandiża).
Intant, il-plenarja adottat riżoluzzjoni li tippreżenta l-possibbiltà ta’ qafas ta’ assoċjazzjoni għar-relazzjonijiet futuri bejn ir-Renju Unit u l-UE wara l-Brexit.
Ir-riżoluzzjoni adottata b’544 vot favur, 110 kontra, u 51 astensjoni, hija bbażata fuq erba’ elementi:
Ir-riżoluzzjoni tilqa’ l-abbozz tal-Ftehim dwar il-Ħruġ tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Frar, u tesprimi appoġġ ukoll għall-arranġamenti proposti għat-tranżizzjoni.
Min-naħa tagħhom, l-Ewroparlamentari Maltin laqgħu din ir-riżoluzzjoni u saħqu li din ir-riżoluzzjoni tagħmilha ċara li d-drittijiet tal-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit għandhom ikunu protetti u saħqu li l-ewwel u qabel kollox, in-negozjati ta’ Brexit għandhom ipoġġu fuq quddiem l-interess taċ-ċittadini.