Il-bypass tal-Mellieħa se tibqa’ b’erba’ korsiji
Il-Ministru Ian Borg sostna 'li f'dawn l-aħħar jien sema' u qies it-tħassib tar-residenti Melleħin u ħafna oħra.'
More in Politika
Il-Ministru Ian Borg sostna 'li f'dawn l-aħħar jien sema' u qies it-tħassib tar-residenti Melleħin u ħafna oħra.'
Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li Bypass tal-Mellieħa m'hiex se tiċċekken minn erba’ Korsiji għal tlieta. Fi stqarrija iktar kmieni illum, Borg qal li f’dawn l-aħħar jiem sema’ u qies it-tħassib tar-residenti Melleħin u ta’ ħafna persuni oħra li jużaw din it-triq.
Il-Ministru qal li tkellem ukoll mad-deputat parlamentari Mellieħi Clayton Bartolo, u mas-sindku tal-lokalità John Buttigieg, li komplew jispjegaw l-inkwiet tar-residenti. Wara dawn id-diskussjonijiet Borg sostna li talab li l-pjanijiet approvati mill-awtoritajiet fis-snin li għaddew jiġu riveduti, sabiex tinstab soluzzjoni aħjar.
Dan kollu skatta wara pjanijiet imfassla diversi snin ilu sabiex jonqos ir-riskju ta’ inċidenti fil-bypass tal-Mellieħa, arterja ewlenija fir-rotta lejn in-naħa ta’ fuq tal-pajjiż, u għal Għawdex. Permezz ta’ dawn il-pjanijiet, parti minn din il-bypass (Triq Louis Wettinger) kienet se tidjieq minn erba’ korsiji għal tlieta, tnejn fid-direzzjoni taċ-Ċirkewwa u waħda fid-direzzjoni lejn San Pawl il-Baħar.
Minkejja dan, skont il-Ministru xorta waħda se jiddaħħlu miżuri ta’ ħarsien mill-inċidenti u faċilitajiet aħjar għal dawk li jivvjaġġaw bir-roti jew bil-mixi, it-triq se tibqa’ b’erba’ korsiji, tnejn f’kull direzzjoni, kif inhi bħalissa. Il-Ministeru sostna li hu qed jara li dawn il-pjanijiet alternattivi jiġu diskussi mal-awtoritajiet u l-entitajiet kollha konċernati, mill-aktar fis.