Ġgant tal-cryptocurrency se tiftaħ f'pajjiżna wara li ma ngħatatx liċenzja fil-Ġappun

Il-Kumpanija Binance, li ma setgħatx topera fiċ-Ċina u l-Istati Uniti għax kienu qed jagħmluhielha diffiċli u li telqet mill-Ġappun wara twissija mill-awtoritajiet, se tirriloka l-operat f'Malta

Il-kumpanija Binance se tiftaħ tirrloka f'Malta
Il-kumpanija Binance se tiftaħ tirrloka f'Malta

Il-kumpanija Binance, li hija l-akbar kumpanija fis-settur tal-cryptocurrency mistennija tirriloka l-operat tagħha f’Malta.  Dan tħabbar mill-fundatur tal-kumpanija Zhao Changpend f’intervista li kellu fl-aħħar sigħat f’Hong Kong mas-sit Bloomberg.

Il-kumpanija se tkun qed tiftaħ fergħa f'Malta minn fejn se tkun qed topera. Zhao qal li l-kumpanija tinsab kunfidenti biżejjed biex tħabbar dan l-investiment. "Malta hija progressiva ħafna f'dak li għandu x'jaqsam mas-settur tal-crypto u fintech."

Is-sit jirraporta kif ir-Regolaturi fiċ-Ċina u l-Istati Uniti ilhom jagħmluha iktar iebsa għan-negozju tal-cryptocurrency mis-sena l-oħra, bil-konsegwenza li kumpaniji kellhom diffikultà biex isibu bażi permanenti minn fejn joperaw f'dawn iż-żewġ pajjiżi. Binance kellha kumpanija fil-Ġappun minn fejn kienet qed tipprova topera iżda iddeċidiet li tneħħi l-ħaddiema tagħha wara nuqqas ta' qbil mar-Regolatur. 

L-aġenzija tas-Sevizzi Finanzjarji fil-Ġappun nhar il-Ġimgħa bagħtu twissija lil Binance wara li akkużawha illi ma kinitx qed topera bl-approvazzjoni tagħha.

Intant ara hawnhekk x'kien qal is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri dwar il-ħidma tal-Gvern f'dan il-qasam. 

More in Politika