Tnejn interrogati fuq 'serq' mill-'mafkar' ta' Caruana Galizia - rapporti

Raġel li jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u tifel ta' kuntrattur interrogati, skont rapporti dalgħodu

Impjegat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u żagħżugħ li jiġi wkoll it-tifel ta' kuntrattur, kienu interrogati mill-Pulizija fuq 'serq' relatat mal-mafkar ta' Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta. Fil-verità dan il-mafkar għal bosta drabi matul il-lejl kien qed jiġi żbarazzat mix-xemgħat u fjuri li tpoġġew. 

Is-sit timesofmalta.com jgħid li f'kuntatt li kellu mal-Uffiċċju tal-PM, kelliem qal li dawn it-tnejn qed jiċħdu kull involviment mat-tneħħija ta' xemgħat u fjuri.

Sorsi legali qalu lill-istess sit li jekk jinstabu ħatja l-akkużati jistgħu jeħlu bejn sebgħa xhur u sentejn ħabs. Minkejja li l-mafkar m'għandux permess u allura legalment mhux suppost jinsab hemm, l-att ta' tneħħija ta' oġġetti li tpoġġew hemm, jekk mhux mill-awtoritajiet, xorta jibqa; meqjus bħala serq. 

More in Politika