Ħsara f'punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma

Residenti tal-Ħamrun u tal-Marsa bla ilma

Kull min dalgħodu għadda minn Triq Aldo Moro żgur ra għadira kbira tal-ilma biswit dak magħruf bħala ċ-Ċimiterju tat-Torok.

Aktar tard, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilman spjegat fi stqarrija li reġgħet ġiet ikkaġunata ħsara f’punt kruċjali tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-ilma.

Minkejja interventi mill-ħaddiema biex jillimitaw l-inkonvenjent, ir-residenti tal-Ħamrun u l-Marsa għandhom jesperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-ilma.

Spjegat li bħalissa qed isir xogħol biex jitwassal l-ilma b’mod temporanzju minn sistema fil-viċin.

Kull minn għandu bżonn assistenza jista’ jċempel fuq freephone: 80076400.

 

More in Politika