Imwaqqaf kumitat responsabbli mill-attivitajiet li se jfakkru 3 anniversarji importanti

Il-Kumitat se jitmexxa mill-Professur Oliver Friggieri

Il-professur Oliver Friggieri ser ikun qed imexxi l-kumitat li se jkun responsabbli mill-attivitajiet li se jfakkru l-ewwel ċentinarju mill-irvellijiet tas-Sette Guigno u l-għoti tal-Kostituzzjoni tas-Self-Government u l-40 sena mill-kisba tal-Ħelsien.

Friggieri kien diġà mexxa l-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali mwaqqfa fl-2013 u se jerġa’ jkun hu li jmexxi dan il-kumitat li jfakkar tliet ġrajjiet importanti fl-istorja tal-pajjiż.

Il-kumitat, li se jkun magħmul minn membri li kienu fil-Fondazzjoni għaċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali,

Dr Philip Farrugia Randon

John Zarb

Gianni Zammit

Professur Ray Mangion

Mario Farrugia Borg

Annabelle Stivala

Albert Marshall

Lou Bondi

Jason Busuttil

Lino Farrugia

Sandro Kitcher

Il-kumitat żamm l-ewwel laqgħa tiegħu dalgħodu.

More in Politika