Il-Kunsill ta' San Ġiljan lest jerġa' joġġezzjona għall-iżvilupp f'Wied il-Għomor

Mhux eskluż li kunsilli lokali oħra jingħaqdu mal-Kunsill ta' San Ġiljan

Il-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan lest jerġa’ jissottometti d-diżapprovazzjoni tiegħu wara li din il-ġimgħa, il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva żvilupp fi Triq Wied Għomor.

L-iżvilupp huwa dwar bini ta’ guesthouse, liema applikazzjoni kienet rrifjutata, riveduta u għaliiha nħareġ permess din il-ġimgħa.

Fi stqarrija, il-Kunsill qal li huwa unanimu kontra dan il-proġett għax apparti li se jħalli impatt negattiv fuq il-Wied filwaqt li se joħloq inkonvenjent għar-residenti.

Din it-triq ma tinfidx u dejqa u skont il-Kunsill qatt ma kienet proġettata biex issostni proġett bħal dan.

Il-Kunsill temm jgħid li qed jirriserva d-dritt li jissottometti, ma’ Kunsilli oħra, l-oġġezzjoni tiegħu.

More in Politika