Bussutil u Azzopardi jappellaw mir-ruling tal-Ispeaker

Huma staqsew dwar jekk Keith Schembri marx it-tieġ taċ-Ċermen tal-Bank Pilatus

Il-kelliema tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil u Jason Azzopardi ppreżentaw appell dwar ir-ruling tal-Ispeaker Anġlu Farrugia.

Fi kliemu, Farrugia “reġa ċaħdilhom” id-dritt tagħhom li jagħmlu mistoqsijiet parlamentari lill-Prim Ministru.

Huma xtaqu jistaqsu lill-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri attendiex għat-tieġ taċ-chairman tal-bank Pilatus Ali Sadr Hasheminejad.

L-Ispeaker kien insista li din mhix kwistjoni pubblika iżda fl-appell tagħhom, Busuttil u Azzopardi qed jinsistu bil-kontra u li għandu jkun hemm skrutinju pubbliku.

Appell fuq ruling tal-Ispeaker isir billi ssir diskussjoni u vot dwaru fil-Parlament stess.

Il-Prim Ministru kien ammetta li hu u anke martu, Michelle Muscat, marru għat-tieġ ta’ Hasheminejad li jinsab arrestat fl-Istati Uniti akkużat, fost oħrajn, li pprova jevadi sanzjonijet tal-Istati Uniti.

Mhux l-ewwel darba li Busuttil twaqqaf mill-Ispeaker meta staqsa mistoqsijiet dwar Keith Schembri. Huwa kien akkużat lill-Ispeaker li qed jikser il-Kostituzzjoni.

More in Politika