Il-PL jisħaq ma' Adrian Delia biex iwieġeb dwar it-taxxa

Ilbieraħ il-gazzetta tal-Partit Laburista qalet li Delia għad fadallu jħallas €65,000

Il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia għandu jispjega għalfejn qal li ħallas it-taxxa kollha "meta fil-verità dan ma kienx minnhu."

Fi stqarrija, il-Partit Laburista għamel referenza għal artiklu ppubblikat fuq il-gazzetta tiegħu u li jgħid li Delia, għad fadallu jħallas aktar minn dak li ta.

Skont l-artiklu, Adrian Delia, għad fadallu jħallas madwar €65,000 f'pendenzi. Skont il-gazzetta 'Kulħadd,' "it-€80,000 li kulħadd kien jaf bihom oriġinarjament saru €120,000."

Il-Partit Laburista staqsa lill-Kap tal-Oppożizzjoni għaliex "qed ikompli jħawwad u ma jgħidx il-verità"

"Interessanti kif ilbieraħ żamm għal kollox sieket dwar is-suġġett," ittemm tgħid l-istqarrija.

More in Politika