Il-Kap tal-Partit Demokratiku Anthony Buttigieg sostna li, "jidher li l-allegazzjonijiet tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia flimkien ma' dawk ta' Jonathan Ferris u Maria Efimova kienu korretti."
Fil-messaġġ li kiteb fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu, Buttigieg kompla jgħid kif "l-istorja tagħna kemm il- darba uriet li meta l-Maltin jinaqgħdu flimkien fi żminijiet ta' kriżi ħadd ma jista' jerbħilhom u li din m'hiex kwistjoni ta' blu, aħmar, oranġjo jew aħdar iżda jeħtieġ li nħarsu lejn l-istampa kollha," saħaq Buttigieg.
Buttigieg tenna jgħid li "jeħtieġ li l-politiċi u ċ-ċittadini ta' rieda tajba jaħdmu flimkien biex verament nkomplu nkabbru lill-dan il-pajjiż."
Intant aqra kif irrispondew Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi fid-dawl tal-korrespondenzi li ħarġu ilbieraħ mill-ġurnali internazzjonali.
Ara wkoll x'ġara eżatt ilbieraħ u kif ireaġixxew numru ta' MEPs u l-Alternattiva Demokrattika dalgħodu