'Qatt ma ridt nirrikatta lil Joseph Muscat u l-martu'

F'intervista ma' RT Maria Efimova tallega li kienet tiġi mġiegħla tiffalsifika dokumenti fil-Bank Pilatus

F'intervista mal-istazzjon televiżiv tal-aħbarijiet Russu, RT Maria Efimova l-mara  Russa wara l-allegazzjoni li Egrant Inc hija ta' Michelle Muscat, iddeskriviet l-esperjenza tagħha fil-Bank Pilatus. "Waqt li kont qed naħdem hemmhekk, l-bank wettaq operazzjonijiet, mingħajr m'osserva l-leġislazzjoni attwali kontra l-ħasil tal-flus. Regolarment kont niġi mitluba niffalsifika diversi dokumenti. Jien dejjem irrifjutat," allegat Efimova.

Efimova kompliet tispjega l-esperjenza tagħha, "fil-perjodu ta' prova, ġie kkanċellat l-kuntratt tiegħi mingħajr spjegazzjoni uffiċjali. Fl-istess ħin, il-bank ma ħallasx is-salarju tiegħi għal tliet xhur. Kont ktibt  talba uffiċjali u anke ppreżentajt ilment lill-ispettorat tax-xogħol, li wara kienu bagħtu t-talba lill-bank. Dan wassal biex l-ilment tela' quddiem il-qorti. Ftit wara l-pulizija waslu lili b'mandat t'arrest fuq it-talba tal-bank. Jien kont ixxukkjata..."

Efimova kompliet tispjega il-motiv wara l-ħażna tagħha ta' dokumenti," il-bank beda jitlob lill-impjegati l-oħra biex jiffalsifikaw id-dokumenti, u jiien Iddeċidejt li jkolli assigurazzjoni  għalhekk għamilt kopji tad-dokumenti u żammethom għandi sabiex nista' nużhom meta kollox jaqa' fuqi."

Apparti minn dan, u għall-ewwel darba, Efimova saħqet li hi qatt ma riedet tirrikatta lill-Prim Ministru, lill martu jew inkella lit-tim tiegħu. "Meta indunajt li l-ġustizzja ma bdietx taħdem fil-konfront tiegħi, iddeċidejt li nbiddel it-tattiċi. Ma kellix l-intenzjoni li niġġieled ma' xi ħadd, u ma kelli xejn x'naqsam mal-Prim Ministru, martu u t-tim tiegħu, qatt ma kelli xejn xi ngerger kontrihom," qalet Efimova. Hi qalet li għamlet kopja ta' dokumenti u għaddiethom lil Daphne Caruana Galizia biex tiġbed l-attenzjoni lejn dak li ħasset illi kien smiegħ li ma kienx xieraq fil-kwistjoni tagħha bħala eks impjegata tal-Bank Pilatus.

Aqra l-intervista ma' Maria Efimova hawnhekk - https://goo.gl/JQPNMm

More in Politika