Matul dan tmiem il-ġimgħa, voluntiera mill-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasfar (CABS), il-pulizija Għawdxija u anke uffiċjali tal-infurzar mill-WBRU, identifikaw u żarmaw madwar 19-il nassa li kienu qed jintużaw għall-insib illegali.
Wara dan ir-rejd, qed jiġu investigati tmien persuni li huma sidien tal-artijiet fejn instabu n-nases.
F’Marsalforn, nassab inqabad fil-fatt u mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej.
Fi stqarrija CABS irringrazjat lill-awtoritajiet għall-koperazzjoni tagħhom filwaqt li nnuttat li wħud miż-żoni kienu ġew identifikati s-sena li għaddiet.