Il-Qorti Kostituzjonali tilqa' t-talba tal-familja Caruana Galizia...

....fil-każ li Alfred Degiorgio, il-Fulu, fetaħ kontra espert 'kruċjali' fil-każ tal-qtil ta' Daphne...

Il-Qorti Kostituzzjonali dalgħodu laqgħet it-talba tal-familja Caruana Galizia sabiex jipparteċipaw fil-każ illi fih Alfred Degiorgio magħruf aħjar bħala l-Fulu qed jistaqsi biex jitneħħa l-espert tal-Qorti Martin Bajada, wara li kien instab ħati minn qorti Ingliża 25 sena ilu. 

Degiorgio qed joġġezzzjona għall-preżenza ta' Bajada fl-investigazzjoni fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. 

Huwa mifhum li l-għarfien ta' Bajada fl-oqsma tal-IT jista' jkun kruċjali fil-każ u huwa mifhum ukoll li Bajada għandu l-appoġġ tal-membri tal-Ġudikatura. 

Bajada kien instab ħati mill-Kingston-upon-Thames Crown Court fuq 10 akkużi ta' serq fl-1993. Hu kien ingħata sentenza ta' sentejn ħabs sospiżi.

More in Politika