Il-PM jinawgura faċilità ġdida għal De La Rue

 

Il-kumpanija timpjega madwar 500 persuna.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat se jkun qed jinawgura l-faċilità l-ġdida ta’ De La Rue Currency fiż-Żona Industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun.

Lura fl-2015, il-kumpanija kienet ħabbret li kienet se tkeċċi mat-300 ħaddiem iżda madwar sena wara kienet qalet li mhux se tkeċċi ħaddiema anzi se timpjega iktar nies magħha

Kien tħabbar ukoll li l-kumpanija li fost l-oħrajn tistampa l-flus, se tkun qed iżżomm il-fabbrika tal-istampar f'Malta waqt li se tkun qed twaqqaf ċentru tal-eċċellenza hawn Malta, b'investiment ta' €33 miljun.

Dan kien ġie inawgurat f’Marzu tas-sena li għaddiet.

Il-kumpanija timpjega madwar 500 persuna.

More in Politika