Esklussiva | Il-White Paper dwar il-kirjiet approvata mill-kabinett

Wara xhur ta' diskussjonijiet u rapporti fuq il-gazzetta ILLUM, ilbieraħ il-kabinett ta' l-approvazzjoni tiegħu għal white paper dwar il-kirjiet...

Kastilja
Kastilja

Il-White Paper li se tkun qed tirregola is-suq tal-kirjiet privati, ilbieraħ kienet approvata mill-kabinett minkejja li kien hemm ukoll xi punti illi dwarhom baqa' ma kienx hemm qbil.

L-approvazzjoni ta' din il-White Paper mill-livell ta' kabinett, timmarka mument storiku fi kwistjoni illi telgħet fuq l-aġenda politika tal-pajjiż wara l-ewwel rapport fuq il-gazzetta ILLUM lura fl-2015. Dakinhar il-gazzetta kienet irrappurtat proposta ta' Yana Mintoff għal kontrolli fuq kemm kera tista' togħla.

Id-domanda qawwija għall-kirjiet privati waslet għal prezzijiet ħafna ogħla b'żidiet li f'każijiet qabżu sew il-100%. Kif kienet irrappurtat il-gazzetta ILLUM, din il-problema qed taffetwa ukoll lil dawk il-barranin li qed jaħdmu fil-gaming b'ċifri tal-Eurostat li ppubliklajna nhar il-Ħadd li għadda juru illi Malta kellha l-akbar qabża fost dawk l-inkwilini li qed jgħixu fil-faqar.

Il-Gvern ser jżomm il-bogħod milli jirrestrinġi lis-sidien b'kontrolli, xi ħaġa li la l-Gvern u speċjalment lanqas il-Malta Developers Association, ma jridu. Minflok dan is-sit huwa infurmat li l-White Paper se tkun qed titrratta d-durata tal-kirja u anke kemm il-kirja tista' togħla f'dik id-durata partikolari. 

Dan is-sit huwa infurmat illi l-White Paper se tkun ippubblikata għall-konsultazzjoni biex imbagħad tersaq quddiem il-Parlament aktar tard din is-sena.

Ir-riċerka involviet aktar minn 35 entità, li jvarjaw minn Dar Suriet il-Bniedem, Dar Papa Franġisku, Alleanza Kontra l-Faqar, Aġenzija Żgħażagħ, Caritas,  JRS, Graffitti u Richmond Foundation.  Kienu jinkludu wkoll partijiet interessati, bħall-Kamra tal-Periti, il-Malta Developers Association, u l-Malta Employers Association sa ditti kummerċjali li jħaddmu ammont kbir ta’ ħaddiema fis-setturi tal-avjazzjoni (Lufthansa, Vistajet, Medavia), tal-Gaming (Betsson, LeoVegas, Betfair) tal-Propjetà (Simon Mamo Estates, Remax, Dhalia, Sensara Malta, Engel & Volkers) u ditti Maltin oħra (bħal Simonds Farsons Cisk, Chemimart u Consolidated Biscuits). Dawn kollha għenu lill-‘policy team’ li twaqqaf fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex ipinġu l-aktar stampa realistika u ħolistika possibli tas-settur tal-kera.

Kien dan is-sit li lbieraħ żvela kif il-white paper se titressaq quddiem il-kabinett għall-approvazzjoni. 

Ara wkoll intervista li l-gazzetta ILLUM għamlet mas-Segreratarju Parlamentari Roderick Galdes dwar is-suġġett.

Ara wkoll kif il-problema tal-kirjiet hija lokalizzata, fosthom fil-Belt Valletta u ara l-esperjenza ta' min persuni li jinsabu fil-kera bħalissa u li qed jiffaċċjaw abbuż.

 

More in Politika