Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici indika li l-Gvern se jkun qed jgħin lis-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule ta’ Raħal Ġdid li din il-ġimgħa kienet ordnata biex toħroġ mill-Każin sal-aħħar ta’ Settembru.
Il-Banda tilfet il-każin tagħha wara li l-Qorti tal-Appell iddeċidiet li naqqset mill-obbligi tagħha meta ma infurmatx lis-sidien tal-binja b'xogħlijiet strutturali.
Is-Soċjetà Filarmonika kienet xtrat binja u nifditha mal-każin.
Il-Ministru qal dan waqt li nieda skema ta’ finanzjament għall-każini tal-baned li issa daħħlet fit-tieni sena tagħha.
Il-każini tal-baned li jkunu rreġistrati bħala għaqdiet volontarji se jkunu intitolati għal għajnuna mill-fond li jammonta għal €150,000.
Kull każin tal-banda jista’ japplika għal proġett li jiswa €5,000 jew €10,000 u jgawdi għajnuna ta' 85% jew 75% mill-ispejjeż tal-proġett.