6,500 persuna eliġibbli għar-rifużjoni tal-VAT fuq il-karozzi

Din l-iskema daħlet fil-ħames sena tagħha u b’kollox se tkun qed tagħti lura €4.8 miljun lil dawk eliġibbli

6,500 persuna se jkunu qed jibbenefikaw mill-iskema tal-Gvern li permezz tagħha se jieħdu lura l-VAT imħallas fuq ir-reġistrazzjoni tal-vettura tagħhom mixtrija bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru tal-2007.

Din l-iskema daħlet fil-ħames sena tagħha u b’kollox se tkun qed tagħti lura €4.8 miljun lil dawk eliġibbli.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li minn meta bdiet l-iskema fl-2014, il-Gvern se jkun ħallas €19 million f’rifużjoni tat-taxxa.

“Il-Gvern qed jagħmel ġustizzja ma’ dawk li ħallsu t-taxxa iżda ma kellhomx iħallsuha,” saħaq il-Ministru.

L-akbar rifużjoni mogħtija din is-sena se tkun dik ta’ €14,000.

Dawk li huma eliġibbli għar-rifużjoni se jkunu qed jirċievu applikazzjoni matul ix-xahar ta’ Mejju.

Preżenti għall-konferenza kien hemm ukoll il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna.

Din l-iskema tiġi fi tmiemha s-sena d-dieħla u għaliha jkunu eliġibbli dawk li xtraw karozza fl-2008.

More in Politika