L-ALPA tispjega għalfejn ħassret titjira fuq buttuna

Mill-ġimgħa li għaddiet ‘l hawn din il-buttuna ġiet installata abbord l-ajruplan il-ġdid tal-Air Malta

Il-Unjin Maltija tal-Bdoti saħqet li ma kinitx infurmata mil-Linja Nazzjonali tal-Ajru li kellha l-pjan li tinstalla l-buttuna li minħabba fiha titjira bl-ajruplan il-ġdid kellha tittardja b’disa sigħat.

Il-ġimgħa li għaddiet, l-ALPA ordnat lill-bdoti membri tagħha biex ma jtajrux l-ajruplan il-ġdid tal-Air Malta għax ma kienx jinkludi buttuna li permezz tagħha, il-bdoti, ikunu jistgħu jħasru r-recording ġaladarba ma jkun inqala’ xejn waqt it-titjira.

Minn dakinhar ‘l hawn din il-buttuna ġiet installata abbord l-ajruplan.

Minkejja li l-Air Malta infurmat lill-ALPA li kienet ippjanat li tinstalla din il-buttuna, il-unjin saħqet  li fl-aħħar laqgħa li kellha, il-Linja Nazzjonali infurmathom li kellhom jistennew seba’ xhur biex din il-buttuna tkun installata.

“L-ALPA tinnota b’sodisfazzjon li dak li kienet qed tisħaq fil-laqgħat u dak li ġie kontradett mill-AirMalta fil-pubbliku, issa sar  u li għalhekk huwa evidenti li l-ALPA kelha raġun,” tisħaq l-istqarrija.

“It-titjira damet disa’ sigħat mhux minħabba l-ALPA”

L-ALPA saħqet ukoll li mhux minnu li d-dewmien ta’ disa’ sigħat fit-titjira kien minħabba l-azzjoni industrijali.

Skont il-unjin, l-ajruplan il-ġdid żviluppatlu ħsara teknika serja tant li l-ajruplan kellu jdur lura lejn Malta biex jissewwa.

Intant, l-ALPA rtirat l-azzjoni industrijali

More in Politika