L-iżviluppaturi kommessi li jbiddlu 's-sit mitluq' fil-proġett ta' Townsquare

Townsquare saħaq li huwa ddiżapuntat bid-deċiżjoni tat-Tribunal għall-Ambjent u l-Ippjanar meħuda lbieraħ

L-iżviluppaturi ta’ Townsquare jinsabu determinati li jbiddlu dak li sejħu bħala “sit mitluq” fi żvilupp li jikkumplimenta stil ta’ ħajja “first class,” u mistennija jiltaqgħu mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jiddiskutu t-triq ‘il quddiem.

Fi stqarrija, Townsquare saħaq li huwa ddiżapuntat bid-deċiżjoni tat-Tribunal għall-Ambjent u l-Ippjanar li saħaq li l-proċess għal dan l-iżvilupp għandu jibda mill-bidu għax ma kienx sodisfatt bl-istudji li saru dwaru.

Dan minkejja li fl-2016 kien inħareġ il-permess.

L-iżviluppaturi saħqu li huma dejjem imxew mar-regolamenti imposti mill-Awtorità tal-Ippjanar .

Temmew jgħidu li se jagħmlu dak kollu possibbli biex jassiguraw li l-proċess ikompli.

Fid-deċiżjoni tiegħu, it-Tribunal saħaq li l-proċess għandu jibda mill-bidu għax ma kienx sodisfatt bl-istudji li saru dwar dan il-proġett. Ikkritika wkoll b’mod partikolari s-social impact assessment.

Il-proġett se jinkludi 159 residenza, 4,719 metru kwadru ta’ uffiċini, 8,241 metru kwadru ta’ spazju kummerċjali, 748 post għall-parkeġġ u jekk isir se jniżżel ismu bħala l-għola bini ta’ Malta.

More in Politika