Għalliema ordnati ma jsegwux il-proposti tal-Gvern dwar il-homework

Il-Unjin tal-Għalliema (MUT) saħqet li l-proposti qatt ma ġew diskussi magħha

Il-Unjin tal-Għalliema (MUT) ordnat lill-membri tagħha biex ma jimplimentax il-politika tal-homework.

F’ittra mibgħuta lill-għalliema, il-unjin saħqet li l-proposti qatt ma ġew diskussi magħha u anke għax irċeviet diversi ilmenti u argumenti kontriha.

F'Marzu li għadda kienet ġiet imnedija l-politika tal-homework, bil-għan li t-tfal ma jqattgħux ħin “esaġerat,” jaħdmu fuq ix-xogħol mogħti mill-għalliema wara l-iskola.

L-għan tal-politika hu li jkunu stabbiliti ħinijiet ta’ kemm it-tfal għandhom idumu jagħmlu l-homework.

Il-ħinijiet huma dawn:

  • Kindergarten: bla homework
  • Year 1-2: Massimu ta’ 20 minuta kuljum
  • Year 3-6: Massimu ta’ 30 minuta kuljum
  • Year 7-8: Masssimu ta’ siegħa kuljum
  • Year 9-11: Massimu ta’ tmien sigħat fil-ġimgħa

More in Politika