Ġlieda b'sikkina bejn żewġ żgħażagħ fil-Qawra

Żagħżugħ ta' 27 sena ddaħħal l-isptar għall-kura u qed isofri ġrieħi gravi

Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina mingħand żagħżugħ ieħor li kellu xi jgħid miegħu.

Il-każ għall-ħabta tas-seba’ ta’ filgħodu fi Triq il-Kavetta fil-Qawra.

Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena huwa Ingliż u jidher li qala’ daqqa ta’ sikkina mingħand żagħżugħ Malti ta’ 22 sena.

Dan tal-aħħar ħarab minn fuq il-post u għadu ma nstabx.

Intant l-Ingliż ittieħed l-Isptar Mater Dei għal-kura filwaqt li l-Maġistrat tal-Għassa fetħet inkjesta Maġisterjali.

More in Politika