In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili jiltaqgħu mal-Ambaxxatur Grieg dwar Efimova
Fi stqarrija, huma qalu li appellaw lill-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras biex jiżgura s-sigurtà ta' Efimova
More in Politika
Fi stqarrija, huma qalu li appellaw lill-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras biex jiżgura s-sigurtà ta' Efimova
Ir-rappreżentanti tan-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili Michael Briguglio u Karl Camilleri, iltaqgħu mal-Ambaxxatur Grieg għal Malta, Chryssoula Karykopolou-Vlavianou, biex jiddiskutu s-sikurezza ta' Maria Efimova.
Fi stqarrija, huma qalu li appellaw lill-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras biex jiżgura s-sigurtà ta' Efimova, għax "ħajjitha taf tkun fil-periklu jekk tintbagħat lura Malta."
In-Netwerk iddikjara li għandu fiduċja fl-istat tad-dritt tal-Greċja u kif din qed tifhem is-sitwazzjoni.
Il-Qorti Griega kienet iddeċidiet li tilqa' t-talba ta' Maria Efimova u ddeċidiet li ma tintbgħatx Malta, anke jekk pajjiżna ħareġ mandat ta' arrest Ewropew kontriha.
F'kummenti mal-gazzetta Maltatoday l-Avukat ta' Efimova Alexandros Papastergiopoulous kien qal illi d-deċiżjoni hija frott tħassib tal-Qorti li f'Malta ma kinitx se jkollha smigħ ġust.
Huwa qal ukoll illi kien hemm tħassib għas-sigurtà tagħha u li l-atti kriminali li qed tkun akkużatha bihom ma jimmeritawx Mandat ta' Arrest Ewropew.
Mal-ILLUM il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien qal illi l-Griegi u speċifikament il-Gvern Grieg huwa obbligat li jibgħat lura lil Efimova minħabba li l-Greċja hija membru tal-Unjoni Ewropea.
Aqra wkoll:
Kif il-mandat ta' arrest Ewropew minn Ċipru qatt ma deher imkien
L-istorja KOLLHA ta' Efimova minn mindu ħarġet l-istorja 'Egrant'
Kif Efimova indikat li ma kinitx is-sors oriġinali tal-allegazzjoni 'Egrant'
Kif ma preżentatx dokumenti lill-MEPs li kellmet
Meta indikat li jekk tiġi lura Malta ħajjitha tkun fil-periklu