15-il parroċċa se jibbenefikaw minn fondi Ewropej
Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia ppreżenta €2.2 miljun f’fondi Ewropej mill-Arċidjoċesi ta’ Malta
More in Politika
Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia ppreżenta €2.2 miljun f’fondi Ewropej mill-Arċidjoċesi ta’ Malta
L-Arċidjoċesi ta’ Malta ngħatat €2.2 miljun f’fondi Ewropej biex jintużaw għall-konservazzjoni, il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali tal-Knisja.
Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi saħqet li fuq perjodu ta’ tliet snin, 15-il parroċċa se jkunu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi, apparti x-xogħol li se jsir fuq l-arkivju tal-Kurja.
Il-fondi ingħataw dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Aaron Farrugia, lil Michael Pace Ross, Ċerpersin tal-Fondazzjoni għall-Patrimonju Kulturali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
Il-parroċċi li se jibbenefikaw minn dawn il-fondi huma dawk ta’:
Dan kien wieħed mill-proġetti mħabbra dalgħodu, hekk kif is-Segretarju Parlamentari qassam total ta' €23 miljun f’fondi Ewropej
Is-Segretarju Parlamentari spjega li dawn il-proġetti mhux biss se jippreservaw l-istorja u l-kultura ta’ pajjiżna, imma ser ikunu qed jiġbdu aktar turisti lejn pajjiżna wkoll, u għalhekk se jiġġeneraw bosta xogħolijiet ġodda.
Permezz ta’ dawn il-proġetti ser isir r-restawr ta’ ħafna patrimonju. Apparti l-knejjes u l-kunventi imsemmija, se jkunu rrestawrati wkoll it-torrijiet tal-għassa mal-kosta fin-nofsinhar u anke dawk fit-tramuntana ta’ Malta.
Ser isir restawr tal-istazzjonijiet tal-ferrovija f’Birkirara u f’Ħ’Attard, u se jinfetaħ mużew iddedikat għall-istorja tal-ferrovija f’Malta, kif ukoll ċentru ta’ informazzjoni u edukazzjoni dwar il-kultura tagħna.
Apparti hekk, ser isir ukoll restawr ta’ strutturi antiki u estenzjoni ta’ mużewijiet, fosthom il-Mużew tal-Piroteknika f’Ħal Qormi, it-Tunnara fil-Mellieħa, u l-Culture Mill fin-Naxxar.