Is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Welfare Committee tellgħu attività reliġjuża fid-dar residenzjali tal-anzjani fl-Imtarfa, fix-xahar ta’ Mejju li huwa ddedikat lill-Madonna.
Matul din l-attività ġiet inawgurata u mbierka statwa tal-Madonna u tqassmu kuruni mbierka mill-Papa Franġisku, lill-anzjani.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis qal li l-istatwa tal-Madonna se tgħaddi minn dar residenzjali għal oħra biex tbierek lill-anzjani.
Anthony Agius Decelis irrikonoxxa li ħafna anzjani għandhom għal qalbhom il-Kristjaneżmu u jgħożżu t-talba tar-rużarju.
Għal dan il-għan, is-Segretarjat Parlamentari flimkien mal-Welfare Committee ħass li hu ġest sabiħ li tingħata kuruna mbierka mill-Papa Franġisku lill-anzjani fid-djar residenzjali.