Bħalissa f'Malta hawn 375,041 vettura hekk kif fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-vetturi fit-toroq Maltin, żdiedu b'medja ta' 33 waħda kuljum.
Meta wieħed iqabbel dan il-perjodu ma’ dak tas-sena li għaddiet, jirriżulta li l-vetturi żdiedu bi 3.7%.
Aktar minn 60% tal-karozzi fit-toroq Malti jaħdmu b’magna petrol. Dawk b’magna diesel kienu jammontaw għal 39% jew 146,192 vettura.
Karozzi hybrid jammontaw għal inqas minn 0.5% jiġifieri 1,426 vettura.
Mit-total ta’ karozzi fit-toroq, 78.3% huma karozzi tal-familja filwaqt li 13.6%huma vetturi kummerċjali. 7% biss huma muturi jew quads.
Fl-istess perjodu, 7,531 vettura tneħħew mit-toroq. 39% minnhom reġgħu inbiegħu jew jinsabu għall-bejgħ filwaqt li 30.8% ġew skrepjati.