Il-Funtana tat-Tritoni se tintefa'
Bejn is-16 u l-25 ta' Mejju, il-Funtana tat-Tritoni se tintefa'
More in Politika
Bejn is-16 u l-25 ta' Mejju, il-Funtana tat-Tritoni se tintefa'
Bejn is-16 u l-25 ta' Mejju, il-Funtana tat-Tritoni se tintefa'. Le mhux għax raġel tela' għarwien fuqha jew għax mara ħasbitha bajja, iżda biex isiru interventi ta’ manutenzjoni fuq il-bronż u t-travertin.
Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg, spjega kif dawn ix-xogħlijiet huma parti mill-manutenzjoni programmata li trid issir kontinwament biex il-funtana tinżamm nadifa, bid-dwal u l-ġettijiet tal-ilma jaħdmu, u bil-bronż u t-travertin bl-aħjar dehra.
Ħafna minn dawn ix-xogħlijiet isiru mingħajr ma jkun hemm bżonn li l-funtana tintefa’ u ilhom isiru minn meta l-funtana bdiet taħdem.
Għax-xogħol fuq it-travertin jeħtieġ li l-funtana tintefa’ tlett ijiem qabel jibdew ix-xogħlijiet, biex it-travertin jilħaq jinxef mill-ilma li jista’ jkun ta’ detriment għat-trattament li se jingħata lit-travertin.
Il-Ministeru saħaq li qed jagħmel emfasi biex din il-funtana tibqa' tingħatal-attenzjoni kollha dovuta biex il-proġett kapitali li twettaq tul is-sena li għaddiet, jibqa’ jkun sostnut kif jixraq lil kull attrazzjoni li nsibu f’pajjiżna.