90% tal-investiment barrani huwa fis-servizzi finanzjarji
Dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati fir-rapport annwali tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)
More in Politika
Dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati fir-rapport annwali tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)
Tul is-sena li għaddiet, is-servizzi finanzjarji u dawk tal-assigurazzjoni ammontaw għal 90% tal-investiment barrani kollu f’Malta. Fl-istess waqt, is-settur tas-servizzi finanzjarji Malti ammonta għal 11% tal-ekonomija nazzjonali.
Dawn iċ-ċifri ġew ippubblikati fir-rapport annwali tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). L-istess rapport juri li n-numru ta’ istituzzjonijiet finanzjarji f'Malta żdied b'sitta fl-2017, u b’hekk it-total tela’ għal 48. Filwaqt li aktar minn 100 kumpanija ttrasferew id-domiċilju tagħhom f’Malta. Min-naħa l-oħra, id-detenturi tal-liċenzja komplew jiżdiedu u għalhekk b’kollox issa jammontaw għal 2,180, żieda ta’ 363 liċenzja matul l-aħħar tliet snin.
Fil-kummenti li kiteb fl-istess kommunikativa annwali, l-eks Ċerman tal-MFSA Joe Bannister saħaq li “jinsab kuntent li s-settur tas-servizzi finanzjarji rrapportaw kontribut ta’ suċċess anke b’paragun ma’ pajjiżi barranin oħra bħar-Renju Unit u l-Irlanda. “Ir-riżultat tas-sena li għaddiet", qal Bannister, “kien wirja ċara li qed nkomplu nikbru f’dan is-settur.” Bannister tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni ta’ Brexit, fejn qal li “ħafna kumpaniji eżistenti fir-Renju Unit għandhom interess kbir li jmexxu l-operazzjonijiet tagħhom f’pajjiżna.”
Il-professur Bannister qal li “n-numru ta’ impjiegi fis-setturi finanzjarju kompla jikber. Dan wera s-saħħa tal-kumpaniji finanzjarji” u fi kliemu “kkonferma l-istatus ta' Malta bħala post ta' servizzi finanzjarji attraenti, taħt tmexxija tajba.”
Intant min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen il-ġdid tal-MFSA, Joseph Cuschieri ddeskriva r-rapport bħala "stampa dettaljata tax-xogħol estensiv imwettaq mill-Awtorità."
Fuq nota differenti, fir-rigward tal-qasam ta’ konformità, ‘l-Uffiċjali tal-MFSA nnotaw numru ta' nuqqasijiet.’ Skont ir-rapport, ‘speċjalment f’sitwazzjonijiet fejn il-funzjoni ta’ konformità kienet qed tiġi esternalizzata. “Id-detenturi tal-liċenzja mhux dejjem qed ikollhom uffiċjal fil-kumpanija biex jissorveljaw b'mod xieraq l-operazzjonijiet,” innota r-rapport.
Intant, ir-rapport semma li diffikultà oħra relatata kienet li fil-każ ta’ funzjonijiet ta' konformità kienet titratta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi mwettaq ix-xogħol b’mod effiċjenti.
Barra minn hekk, instabu numru ta’ Manwali tal-Proċeduri ta' Konformità li ma kinux aġġornati u li ma kinux kompluti fir-rigward tan-negozju tad-detentur tal-liċenzja.
Ir-rapport aċċena wkoll dwar il-ħidma konġunta bejn l-MFSA u l-FIAU fejn qal li fl-2017 l-MFSA u l-FIAU wettqu 48 żjara investigattiva fuq il-post ta’ operazzjonijiet finanzjarji. Dawn l-investigazzjonijiet saru bl-għan li jindagaw fuq ir-riskju ta’ ħasil ta’ flus u t-terroriżmu.