Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri nieda skema ġdida ta’ tqassim tal-frott, ħaxix u ħalib lit-tfal tal-iskola li se tkun qed issir b’investiment ta’ €900,000 fis-sena sal-2023.
L-iskema, kofinanzjata mill-Unjoni Ewropea, għandha l-għan li tgħin sabiex titrawwem fosthom kultura ta’ ikel tajjeb u sostenibbli.
Clint Camilleri qal li taħt din l-iskema l-ġdida, tfal li jattendu skejjel primarji tal-istat, tal-knisja u dawk privati ser igawdu minn għażla differenti ta’ frott u ħaxix fuq suġġerimenti u proposti li waslu kemm mill-ġenituri, kif ukoll mill-edukaturi.
L-iskema se tkun qed tkopri wkoll l-ispejjeż kollha għat-tqassim tal-ħalib.