Investigazzjoni wara li pitkal inqabad jinnegozja prodotti importati

Is-Segretarjat Parlamentari qal li l-awtoritajiet konċernati ssekwestraw dawn il-prodotti

Dan il-programm għandu l-għan li jħeġġeġ lit-tfal jieklu aktar frott u ħaxix
Dan il-programm għandu l-għan li jħeġġeġ lit-tfal jieklu aktar frott u ħaxix

Għaddejja investigazzjoni wara li pitkal inqabad jinnegozja prodotti importati ġewwa l-Pitkalija.

Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja qal li uffiċjali tal-Pitkalija, fil-preżenza tal-awtoritajiet kkonċernati ssekwestraw dawn il-prodotti.

Is-Segretarjat saħaq li huwa impenjat bi sħiħ biex jieħu kull azzjoni meħtieġa kontra prattiċi abbużivi li huma intiżi li jqarqu bil-konsumatur u jservu ta’ dettriment għall-prodotti lokali tal-bdiewa Maltin u Għawdxin.

More in Politika