'L-Aġġornament tal-Google ħoloq problema fis-sistema tal-petizzjoni parlamentari'

L-Ispeaker Anġlu Farrugia jwieġeb l-ilmenti rigward l-iffirmar tal-petizzjoni li ġiet imtella' favur il-protezzjoni tal-embrijuni

Fi stqarrija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia illum wieġeb l-ilmenti li dehru fuq il-midja soċjali u l-ġurnali rigward l-iffirmar tal-petizzjoni li ġiet imtella' favur il-protezzjoni tal-embrijuni u li bħalissa tinsab miftuħa għall-firem fuq is-sit elettroniku tal-Parlament.

Farrugia spjega li mill-istħarriġ li għamlet is-Sedja jidher li l-problemi nqalgħu wara li Google aġġornaw is-sistema tagħhom, magħrufa bħala “ReCaptcha” – li tintuża fuq bosta siti elettroniċi bħala protezzjoni minn spam.  Din tipprovdi dak li nirreferu għalih bħala Turing test li minnu s-sistema tagħraf jekk il-firmatarju huwiex persuna reali jew xi software miktub sabiex jabbuża mis-sistema.

Sfortunatament, meta nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju 2018 saru l-updates relattivi fis-sistema tal-petizzjonijiet online b’rabta mal-bidla li saret min-naħa ta’ Google, inqabżu xi aċċertamenti li rriżultaw fi problemi għal dawk il-persuni li ppruvaw jiffirmaw kemm din il-petizzjoni kif ukoll oħrajn li kienu għadhom miftuħa għall-firem.  Is-sistema reġgħet ġiet għan-normal ilbieraħ filgħodu.  

Mill-istess stħarriġ li sar jirriżulta li sal-ħin li ħarġet din l-istqarrija l-petizzjoni ġiet iffirmata min 8601 maqsuma kif ġej:

More in Politika