F'ruling li ta' ftit tal-ħin ilu l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia ordna illi Deputati irġiel iridu dejjem, bħala sinjal ta' rispett lejn il-Parlament jilbsu l-ġlekk. Hu qal ukoll iżda li d-Deputat m'għandux għalfejn jilbes ingravata minn taħt.
Din il-'kwistjoni' inqalgħet wara li d-Deputat tal-Partit Demokratiku Godfrey Farrugia mar il-Parlament mingħajr ma libes ġlekk, mid-dehra għad-diżappunt jew nuqqas ta' approvazzjoni ta' xi wħud.
Farrugia wieġeb u qal hekk fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu: "Mela min jilbes it-T shirt mhux nies? Jien raġel tax-xogħol, kburi li jien ħaddiem, iben il-ħaddiem. Il-ġlekk ma jagħmlekx nies...L-onestà tagħmlek nies..."