Hasheminejad se joħroġ mill-ħabs iżda jrid jilbes ċinga elettronika

Hasheminejad ġie arrestat fl-Istati Uniti akkużat, fost oħrajn li pprova jevadi sanzjonijiet li l-Istati Uniti poġġiet fuq l-Iran

Ali Sadri Hasheminejad
Ali Sadri Hasheminejad

Is-sid tal-Bank Pilatus, Ali Sadri Hasheminejad se jkun qed jinħareġ mill-ħabs fi żmien ħmistax, wara li fl-aħħar jiem huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Mal-ġurnal Times of Malta, l-avukati ta’ Hasheminejad qalu li l-klijent tagħhom se jinħareġ mill-ħabs meta jkun assigurat li se jżomm mal-kundizzjonijiet kollha imposti mill-Qorti.

Fost dawn, Hasheminejad se jkollu jilbes ċinga elettronika bil-għan li l-awtoritajiet ikunu jafu fejn jinsab.

Intant, ilbieraħ, filwaqt li Hasheminejad għadu fil-ħabs, Maria Efimova allegat li sigħat biss wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest irċeviet theddid.

Dwar dan, Efimova għamlet rapporti lill-Pulizija Griega.

Hasheminejad ġie arrestat fl-Istati Uniti akkużat, fost oħrajn li pprova jevadi sanzjonijiet li l-Istati Uniti poġġiet fuq l-Iran, frodi u ħasil ta’ flus.

Jekk jinstab ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontih, Hasheminejad jista’ jeħel sa 125 sena ħabs.

Intant, il-ġimgħa li  għaddiet, l-Avukat li qed imexxi l-proskeuzzjoni rabat il-Bank Pilatus f'Malta ma "dħul kriminali.”

Aqra wkoll:

More in Politika