Ftit tal-mumenti ilu l-Pulizija kkonfermaw ma' dan is-sit illi l-Kuntistabbli Simion Schembri m'għadux qed jinżamm fl-ITU. Din l-aħbar pożittiva tfisser illi Schembri, li għal bosta siegħat wara l-attakk li sar fuqu kien qed jissielet għal ħajtu, issa qaleb għall-aħjar.
Il-Kuntistabbli Schembri safa' attakkat hekk kif ġibed l-attenzjoni lil żgħażugħ illi kien qed isuq mingħajr liċenzja.
Fil-Qorti iktar kmieni din il-ġimgħa Michael Schembri, li ilu għal dawn l-aħħar 20 sena jaħdem bħala tabib tal-emerġenza spjega kif malli wasal fuq il-post tal-inċident, Simon Schembri kien mitfugħ wiċċu mal-art, wiċċu 'l fuq, b'ħafna demm mifrux fit-triq.
Saħaq kif il-kuntistabbli kien tilef ħafna demm u ma setax jieħu nifs sewwa minħabba l-ġrieħi li ġarrab f’sidru.
Fost ħafna ġrieħi oħra, il-kuntistabbli ġarrab ġrieħi gravi fil-kustilji li ġeneralment iwasslu għall-mewt, kompla jispjega t-tabib waqt li ddeskriva l-ġrieħi bħala gravi ħafna.
“Jekk mhux l-agħar, żgur li fost l-agħar tliet każijiet li ltqajt magħhom f’20 sena karriera,” qal mit-tabib. Kompla jispjega li idu l-leminija kellha tinqata’ barra minħabba l-ġrieħi gravi u l-ħruq li ġarrab il-vittma. “Il-ġilda kienet kważi spiċċat għal kollox,” saħaq it-tabib.
It-tliet żgħażagħ akkużati minħabba kummenti li kitbu fuq Facebook wara l-inċident li ħalla lil Simon Schembri jissielet għal ħajtu, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara 11-il ġurnata fil-ħabs