L-eks Kummissarju Ewropew u eks Ministru Nazzjonalista John Dalli qal li dak kollu li ntqal dwaru mid-delegazzjoni li ġiet Malta u anke fi stejjer ippublikati minn Daphne Caruana Galizia huma kalunji. "Kalunji biss qalu fuqi...dawn terroristi jiġru mas-saqajn. Il-Papa stess qal li min jivvinta l-affarijiet huwa terrorist" sostna Dalli fi tweġiba għall-mistoqsija dwar jekk għadux isostni li Daphne Caruana Galizia kienet terrorista.
Hu kien għadu kif ltaqa' mad-delegazzjoni magħmula minn Ana Gomes, Sven Giegold u David Casa.
Dalli qal illi saru diversi tentattivi fuq ħajtu filwaqt li assigura li hu m'għandu ebda relazzjoni mal-PM Joseph Muscat.