In-Norveġja wkoll toffri li tieħu wħud mill-immigranti li ddaħħlu Malta

Il-Gvern qal li d-distribuzzjoni tal-immigranti se tibda immedjatament wara li jkun stabbilit minn ħaqqu l-ażil

Il-Gvern ħabbar li n-Noverġja ngħaqdet ma' sitt pajjiżi oħra li qablu li jgħinu lil Malta u se jieħdu bejniethom għadd mill-immigranti li lbieraħ iddaħħlu Malta.

Dan ifisser li l-233 immigrant li lbieraħ waslu Malta se jkunu qed jitqassmnu fost disa' pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-immigranti għaddejin mill-assessjar preliminari fiċ-Ċentru tal-Marsa biex minn hemm tibda d-distribuzzjoni "immedjata" ta' dawk li ħaqqhom l-ażil.

Dawn se jkunu qed jitqassmu bejn Malta, il-Belġjum, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, l-Irlanda, il-Portugal u issa n-Norveġja wkoll.

L-immigranti ddaħħlu Malta lbieraħ wara li l-Gvern Malti aċċetta l-bastiment meta assigura li pajjiżi oħra membri tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jgħinu lil Malta terfa' l-piż.

Fi stqarrija llum, il-Gvern fakkar li ma kellu l-ebda obbligazzjoni li jassisti lill-bastiment wara li l-kaptan tal-MV Lifeline mar kontra l-liġijiet internazzjonali u injora l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet Taljani.

Propju għalhekk li l-bastiment se jibqa' miżmum sakemm għaddejin l-investigazzjonijiet. Il-kaptan ukoll qed jinżamm għall-interogazzjonijeiet.

Aqra aktar:

More in Politika