'Bezzina abbuża mill-pożizzjoni politika tiegħu' - Il-Qorti
Bezzina kien ġiegħel ħaddiema tal-Gvern jagħmlu xogħol fil-Każin tal-PN taż-Żurrieq u jiffirmaw dikjarazzjoni falza
More in Politika
Bezzina kien ġiegħel ħaddiema tal-Gvern jagħmlu xogħol fil-Każin tal-PN taż-Żurrieq u jiffirmaw dikjarazzjoni falza
Dalgħodu il-Maġistrat Francesco Depasquale iddikjara li d-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina “kien abbuża mill-pożizzjoni politika (bħala President tal-Kumitat Sezzjonali PN -Żurrieq) tiegħu meta ġiegħel ħaddiema tal-Gvern jaħdmu fil-każin tal-Partit Nazzjonalista fiż-Żurrieq mingħajr ħlas u kif ukoll jiffirmaw dikjarazzjoni falza ili fiha jgħidu li dan mhux minnu."
Bezzina kien fetaħ libel kontra Muscat fl-2015, meta f’diskors tiegħu fil-Każin tal-Labour fiż-Żurrieq, Muscat kien qal li d-Deputat Nazzjonalista kien ġiegħel ħaddiema tal-gvern jiffirmaw dikjarazzjoni falza lura fl-2012.
Dak iż-żmien, Bezzina kien impjegat bħala l-perit tal-Dipartiment tax-Xogħliet Pubbliċi u fl-istess waqt kien il-President tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN fiż-Żurrieq.
Ftit wara, il-gazzetta tal-Parit Laburista Kulhadd kienet ħarġet storja fuq dawn ix-xogħliet, u ssusegwetament Bezzina kien għajjat għat-tlett ħaddiema fl-uffiċju tiegħu biex jiffirmaw dikjarazzjoni li huma lestew ix-xogħlijiet tagħhom wara l-ħin tax-xogħol. Mit-tliet ħaddiema, wieħed ma riedx jiffirma din id-dikjarazzjoni li kienet tgħid li dawn marru hemm minn jeddhom, meta fil-fatt huma kienu ingħataw struzzjonijiet biex jagħmlu dan ix-xogħol.
Wieħed mill-ħaddiema ma ċaħadx li hu ħa ġurament fuq id-dikjarazzjoni, u qal li hu kien iffirmah biss wara li kien sfurzat biex jagħmel dan. L-irġiel l-oħra taw verżjonijiet simili tal- avvenimenti.
Intant, fil-Qorti ħareġ ukoll li wara li ffirmaw id-dikjarazzjoni, tnejn mill-ħaddiema marru biex jagħmlu affidavit li huma ċaħdu volontarjament u li kienu aġixxew fuq l-ordnijiet tal-'foreman' tagħhom. Il-Bord tal-inkjesta innota kif l-irġiel kienu inkwetati mis-superjuri tagħhom u kienu ħassewhom kostretti li jiffirmaw id-dikjarazzjoni.
Minħabba f’hekk, il-Maġistrat saħaq li ma kien hemm xejn malfamanti fid-diskors ta' Muscat.
"Nikkunsidra apell kontra din is-sentenza."
Fi stqarrija, id-deputat Nazzjonalista Tony Bezzina saħaq li qed jikkusidra jappella kontra din is-sentenza, "niddikjara illi matul iż-żmieni mogħti mil-liġi se nikkunsidra appell kontra din is-sentenza. Dan b'rabta mal-kawża kontra l-Prim Ministru meta għamel dikjarazzjoni fil-konfront tiegħu b'rabta ma' xogħlijiet fiż-Żurrieq. Il-Qorti tal-Appell diġà ddeċidiet żewġ libelli f'kawżi li kelli kontra l-midja tal-Partit Laburista, fejn f'każ iddeċidiet li kien hemm libell u f'każ ieħor iddeċidiet li ma kienx hemm lok għal libell.
Bezzina qal ukoll li " għadu ħadd sal-lum ma spjega kif f'nofs inkjesta Dipartimentali, ħaddiema li quddiem l-inkjesta setgħu jixhdu bil-libertà kollha u assistiti mill-avukati tagħhom spiċċaw ittieħdu dritt fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista."
"Għalhekk nistaqsi x'qed isir u kif qed jiġi trattat il-Każ tal-Ministru Carmelo Abela, li propju fid-dar tiegħu fejn jgħix saru xogħlijiet minn ħaddiema tal-Gvern u allegatament waqt il-ħin tax-xogħol. Nistaqsi jekk xi ħadd f'dan il-każ reggħax bagħat għal xi ħaddiema fil-Kwartieri Ġenerali tal-Partit Laburista biex jagħmlu xi dikjarazzjoni u jekk xi ħadd kellimhomx lil dawn il-ħaddiema tal-Gvern li ħadmu fid-dar tal-Ministru Abela għal benefiċċju personali," saħaq Bezzina.
"Delia għandu jgħid x’se jagħmel b’Toni Bezzina."
Intant fi sqarrija, il-Parit Laburista sostna li "l-aġir ta’ Toni Bezzina issa ilu magħruf għax din mhux l-ewwel kawża ta’ libell li tilef b’rabta ma’ dan il-każ skandaluż.Iżda, issa wieħed irid ikun jaf x’se jagħmel il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia bid-deputat tiegħu li llum kien ikkonfermat li abbuża minn kariga pubblika."
Sont il-PL, "jekk tassew jemmen f’mod ġdid għandu jieħu passi b’mod immedjat. Il-bqija tkun konferma oħra li bħal ta’ qablu jparla favur is-sewwa u jaġixxi favur il-ħażin."