L-Awtorità tal-Mediċini u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qed isegwu sitwazzjoni li qed tiżviluppa fl-aħħar sigħat fl-Ewropa kollha u li dwarha ġew infurmati mill-European Medicines Agency (EMA), wara li nstab impurità f'ingredjent attiv li jintuża biex jiġu manifatturati xi prodotti mediċinali tal-valsartan.
Il-valsartan hi mediċina li tintuża biex tiġi kontrollata l-pressjoni għolja u għal problemi kardjovaskulari.
L-awtoritajiet tas-saħħa se jkomplu jsegwu l-informazzjoni li qed tingħata mill-EMA minn ħin għall-ieħor.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li sakemm ma jinħariġx avviż ieħor, il-pazjenti magħandhomx iwaqqfu dawn il-mediċini għal għarrieda.
Avviżi oħrajn jinħarġu skont kif tiżviluppa s-sitwazzjoni.