L-MDA tipproponi żieda fil-paga tal-politiċi

...l-MDA temmen illi ladarba l-livell tal-għixien tal-Maltin tjieb, anke l-pagi tal-politiċi għandhom jiżdiedu 

Sandro Chetcuti, li jmexxi l-MDA
Sandro Chetcuti, li jmexxi l-MDA

L-iżviluppaturi qed jinsistu li minħabba l-ġid ekonomiku li qed jinħoloq fil-pajjiż wasal iż-żmien li anke l-politiċi tiżdidilhom il-paga. "Il-Malta Developers Association (MDA) tħoss illi bl-avvanzi ekonomiċi u ż-żieda fil-livell tal-għixien tas-soċjetà Maltija, li kien esperjenzat fl-aħħar snin pożizzjonijiet Kostituzzjonali, bħal dawk l-impjiegi fl-arena politika, għandhom ikollhom paga ogħla minn dan tal-lum. 

L-MDA qalet ukoll illi tinsab fi qbil maż-żidiet fid-dħul tal-ġudikatura li kienu żvelati illum fuq ġurnal lokali. 

More in Politika