Il-Maġistrat Robert Mangion sema' lill-avukat tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Vince Galea, jirrimarka kif qed jintalab li jingħad minn qabel ix-xhieda fuq xhiex se jixhdu fil-każ li Delia fetaħ kontra l-Avukat Ġenerali u li jitratta l-inkjesta Egrant. Dan allura jfisser li l-Qorti qed tintalab tiddeċiedi fuq ir-rilevanza ta' xhieda qabel biss rat l-atti tal-inkjesta Egrant, kompla jirrimarka Galea.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ rikors kontra l-Avukat Ġenerali wara li dan tal-aħħar irrifjuta li jgħaddi r-rapport tal-inkjesta sħiħa dwar Egrant tal-Maġistrat Aaron Bugeja, lilu. Delia qed jakkuża lill-Avukat Ġenerali illi qed joħloq żbilanċ kontirieh u favur il-Prim Ministru u li allura qed jikser il-Kostituzzjoni.
Fil-każ tal-inċident li seħħ fl-istabbiliment PlusOne illi fih numru ta' persuni sofrew minn, fakkar Galea, l-Avukat Ġenerali kien ippreżenta l-inkjesta imma fil-każ ta' Egrant ippublika biss parti mill-konklużjonijiet
Huwa qal li hija soċjetà li tbati, jekk il-Kap tal-Oppożizzjoni ma jkunx jista' jżomm lill-Gvern kontabbli.
"L-Avukat Ġenerali ħoloq żbilanċ politiku...jiġifieri persuni fil-Partit Laburista għandhom informazzjoni li tista' tintuża politikament," sostna l-avukat f'eku tal-messaġġ ta' Delia fl-aħħar diskorsio politiċi tiegħu.