L-ECB b'deċiżjoni preliminari għar-revoka tal-Bank Pilatus
F'Ġunju li għadda l-MFSA kienet talbet lill-ECB sabiex jirtira l-liċenzja tal-Bank Pilatus f'Malta, wara l-arrest tas-sid fl-Istati Uniti
More in Politika
F'Ġunju li għadda l-MFSA kienet talbet lill-ECB sabiex jirtira l-liċenzja tal-Bank Pilatus f'Malta, wara l-arrest tas-sid fl-Istati Uniti
Il-Bank Ċentrali Ewropew laħaq deċiżjoni preliminari sabiex tiġi rtirata l-liċenzja tal-Bank Pilatus.
Skont Reuters, il-Bord Superviżorju tal-ECB laħaq ftehim li se jirtira l-liċenzja tal-bank però din id-deċiżjoni se tkun finalizzata wara ji jiġu fi tmiemhom kwistjonijiet legali.
Minkejja dan, is-sorsi li tkellmu ma’ Reuters ma elaborawx fuq il-problemi legali li ECB qed tiffaċċja f'din il-kwistjoni
F'Ġunju li għadda, L-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) kienet ħabbret illi se tkun qed titlob lill-Bank Ċentrali Ewropew biex jirtira l-liċenzja tal-Bank Pilatus.
Hasheminejad kien arrestat fl-Istati Uniti fuq sitt akkużi serji fosthom ta' konfoffa biex ikun frodat l-Istati Uniti, liema akkuża għandha piena massima ta' ħames snin, l-akkuża dwar konfoffa li jikser l-IEEPA li għandha piena massima ta' 20 sena, dik ta' frodi tal-bank, b’piena massima ta' 30 sena, l-akkuża ta' konfoffa biex isir frodi tal-Bank, b’piena massima ta' 30 sena, dik ta' ħasil ta' flus b’piena massima ta' 20 sena u dik ta' konfoffa biex isir ħasil ta' flus, b’piena massima ta' 20 sena.
L-akkuża ddur ma’ żewġ kumpaniji li Hasheminejad qed jingħad li ħoloq biex iservu ta’ front u għalhekk jgħatti l-fatt li parti mill-flus li kienu deħlin f’dawn il-kumpaniji kienu qed imorru għand kumpaniji jew persuni Iranjani, kontra l-liġi tal-Istati Uniti.
Il-bank kien f'nofs kontroversji u allegazzjonijiet jaħarqu. Fosthom l-allegazzjoni li f'dan il-Bank kien hemm dokumenti li juru illi Egrant Inc. hija ta' mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat u li għaddew mal-$1 miljun dollaru mill-kont ta' bint il-mexxej tal-Ażerbajġan Aliyev.