Ilbieraħ it-Tuneżija sar l-ewwel pajjiż Għarbi li lleġiżla favur ugwaljanza tal-ġeneru fil-wirt. Dan wara li l-Kabinett Tuneżin approva liġi li se tfisser illi mara u raġel ikollhom dritt għal ammonti indaqs fil-wirt. Dan hu kuntrarju għal dak li hemm fl-Iżlam.
Il-liġi kontroversjali se tkun diskussa u rratifikata fil-parlament qabel tiġi implimentata, f'dan il-pajjiż li kkumparat ma' pajjiżi Għarab oħrajn huwa pjuttost progressiv.
Il-President Tuneżin Beji Caid Essebsi ta l-ewwel indikazzjoni tal-liġi lira f'Awwissu tas-sena l-oħra.
Ħafna oġġezzjonaw għal din il-liġi għax qalu li skont il-Quran, raġel jista' jiret dak li jirtu żewġ nisa. Il-President iżda sostna li kulħadd se jkollu l-għażla jsegwix il-Liġi tax-Sharia jew le.