'Il-Gvern Malti lest jisma' t-tħassib tal-Isqallin dwar il-pipeline tal-gass'

Il-Ministru għall-Enerġija qal dan waqt laqgħa mal-President Reġjonali ta’ Sqallija Sebastiano Musumeci

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Ilma, Joe Mizzi, qal li l-Gvern Malti jrid jaħdem flimkien mal-awtoritajiet fi Sqallija bil-għan li l-proġett tal-pipeline tal-gass ikun aċċettat fi Sqallija u biex ikun assigurat li jkun jirrispetta l-ambjent naturali u marittimu ta’ Gela.

Dan qalu waqt laqgħa li kellu f’Malta mal-President Reġjonali ta’ Sqallija Sebastiano Musumeci.

Waqt l-ewwel laqgħa li kellhom dalgħodu, il-Ministri Mizzi assigura lill-President Musumeci li l-Gvern Malti se jkompli għaddej bil-laqgħat ta’ konsultazzjoni, anke fi Sqallija, bil-għan li jkun spjegat il-progress u anke biex l-awtoritajiet Maltin jifhmu aħjar it-tħassib tal-Isqallin.

Kompla jgħid li l-Gvern Malti qed jieħu l-impatt ambjentali ta' dan il-proġett bl-akbar serjetà u fakkar li bħalissa għaddej il-proċess tal-Environmental Impact Assessments.

L-għan ewlieni ta’ dan il-proġett se jkun li Malta tibda timporta l-gass minn Sqallija. Meta dan ikun lest fl-2024, ikun jista’ jitneħħa t-tanker tal-LNG.

More in Politika