L-istudenti Bormliżi l-aktar li jfallu skola...ta' Ħ'Attard l-inqas

Skont l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika l-ammont ta' studenti li fallew l-iskola naqas b'25%

Matul is-sena skolastika 2016/2017, l-ammont ta’ studenti li għal xi raġuni jew oħra tilfu xi ġranet tal-iskola naqas b’25% meta mqabbel mas-sena skolastika 2012/2013.

Dan jirriżulta mill-aħħar ċifri dwar l-edukazzjoni f’Malta maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li spjega kif tul is-sena skolastika 2012/2013, l-istudenti sal-iskejjel sekondarji tilfu total ta’ 710,161 ġurnata skola, filwaqt li fis-sena skolastika 2016/2017 tilfu total ta’ 531,730 ġurnata.

Jirriżulta wkoll li l-istudenti ta’ Ħ’Attard, b’medja ta’ 7.5 ġranet, kienu l-inqas li fallew skola, filwaqt li l-istudenti Bormliżi kienu l-aktar li fallew. Fil-fatt, skont l-istatistika, l-istudenti Bormliżi tilfu medja ta’ 24 ġurnata skola.

L-istudju juri wkoll kif l-istudenti subien huma l-aktar li jfallu anke jekk kien irreġistrat tnaqqis meta wieħed iqabbel iċ-ċifri ma’ dawk tas-sena skolastika 2012/2013.

More in Politika