Raġel ta’ 48 sena mingħajr saqaf fuq rasu nżamm arrestat wara li wieġeb mhux ħati li seraq mowbajl mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Ir-raġel Bulgaru ġie arrestat wara li nqabad fuq il-kameras tas-sigurtà jieħu l-mowbajl minn fuq mejda f’restaurant.
Huwa ġie mixli wkoll li seraq affarijiet relatati ma’ mowbajls fil-perjodu ta’ bejn l-1 u l-21 ta’ Novembru.
L-avukat difensur tiegħu sostna li l-akkużat ma kienx ħati ta’ dan is-serq minkejja dan huwa ma talabx għall-ħelsien mill-arrest.
L-akkużat se jinżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.