F’iktar ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-membri tar-Rapid Intervention Unit fl-inħawi tan-Naxxar, wasslet għall-arrest ta’ tfajla ta’ 24 sena residenti l-Mosta.
Malli rat il-Pulizija t-tfajla provat taħrab bil-vettura minn fuq il-post u x’ħin twaqfet hija rreżistiet l-arrest. Fi tfittxija li saret fil-vettura nstab ammont żgħir tal-pjanta kannabis, armi rregolari u strumenti bil-ponta.
Mhux eskluż li hi titressaq il-Qorti taħt arrest b’rabta ma’ din is-sejba dalgħodu.